Skont l-awtorità elettorali tat-Tuneżija, il-parteċipazzjoni fil-votazzjoni fir-referendum dwar il-kostituzzjoni hija waħda baxxa.
Fil-fatt, sal-ewwel nofs ta’ nhar kienu 12 fil-mija li ħarġu jivvotaw f’dan ir-referendum li sejjaħ il-President Tuneżin u li qed issib oppożizzjoni qawwija fost il-votanti żgħar.
Fil-fatt, huma bosta li ppreferew li jmorru ġurnata ħdejn il-baħar milli jixħtu l-vot tagħhom.
L-awtorità qed tittama li l-parteċipazzjoni sal-aħħar tal-votazzjoni tkun ferm aktar. Il-votazzjoni għandha għaddejja sad-disa’ tal-lejla, ħin lokali.