L-indikazzjonijiet juru li t-turn-out għal din l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew huwa ta’ 72.8%.
Din hi ċifra mhux uffiċjali imma mill-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista.
Dan huwa meqjus bħala turn-out tajjeb għal din l-elezzjoni u kontra dak previst ma kienx hemm tnaqqis mill-elezzjonijiet tal-2019.
Fil-fatt it-turn-out fl-elezzjonijiet tal-2019 kien ta’ 72.7%.
It-turn-out previst mill-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista huwa fuq in-numru ta’ voti reġistrati, jiġifieri jieħu inkunsiderazzjoni wkoll dawk li għażlu li jastejnu billi ma jiġbrux id-dokument tal-vot.
Dawn huma ċ-ċifri tal-Partit Laburista fit-13-il distrett elettorali:
- Distrett 1 – 73.6%
- Distrett 2 – 72.4%
- Distrett 3 – 73.2%
- Distrett 4 – 77.0%
- Distrett 5 – 75.6%
- Distrett 6 – 75.7%
- Distrett 7 – 77.9%
- Distrett 8 – 71.2%
- Distrett 9 – 68.0%
- Distrett 10 – 64.0%
- Distrett 11 – 75.8%
- Distrett 12 – 64.5%
- Distrett 13 – 78.4%