Omm u żewġt ulieda jiġu salvati kważi għaxart ijiem wara li seħħ it-terremot fit-Turkija u s-Sirja. Huwa nstabu f’kundizzjoni ta’ saħħa raġonevoli minkejja li qattgħu 228 siegħa maqbuda taħt it-tifrik.
Ħaddiem tas-salvataġġ iddeskirva l-mument li fih sab lil din il-familja ħajja, qal li kien għamel is-sejba, l-omm staqsiet x’ġurnata kienet filwaqt li beda jkellimha biex jikkalmaha. Il-ħaddiem żied jgħid li t-tim kollu esprima ferħ kbir, hekk kif minkejja l-eluf ta’ fatalitajiet u wara dan il-ħin kollu, qed jibqgħu jinstabu nies ħajjin.