It-Turkija ssospendiet il-Konvenzjoni Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem wara li l-President Tork Erdogan iddikjara stat t’emerġenza għat-tliet xhur li ġejjin.
Dan wara li l-ġimgħa li għaddiet falla l-attentat ta’ kolp ta’ stat mill-qawwa militari.
Id-Deputat Prim Ministru Numan Kurtulmus spjega li t-Turkija se tkun qed timxi fuq l-eżempju ta’ Franza wara l-attakki terroristiċi f’Pariġi.
Riżultat ta’ dan l-attentat ta’ kolp ta’ stat, 60,000 suldat, pulizija, ġudikanti, ħaddiema taċ-ċivil u għalliema ġew sospiżi mix-xogħol, arrestati jew għaddejjin minn investigazzjoni.