Minkejja ż-żieda sostanzjali fl-ammont ta’ turisti li qed iżuru Malta, is-settur tal-lukandi baqa’ bl-istess riżultati t’ammont ta’ ljieli li jqattgħu f’pajjiżna.
Dan skont l-aħħar studju dwar is-suġġett mill-kumpanija Deloitte, fejn ħareġ biċ-ċar li turisti qed ifittxu iżjed akkomodazzjoni privata.
Fi kliem David Bonnett minn Deloitte, dan jista’ jkun għaliex akkomodazzjoni privata bħal ma huma farmhouses u appartamenti, huma iżjed prattiċi għall-familji li jiġu Malta għal btala.
Saħaq li filwaqt li dan mhux inkwetanti għas-settur turistiku, wieħed irid jikkonsidra li lukandi ma jistgħux jespandu l-bini taggħom jekk it-turisti mhux qed ifittxuhom. Qal li tajjeb ukoll li l-awtoritajiet jaraw li dawn l-akkomodazzjonijiet ikunu liċenzjati u joperaw skont il-liġi biex ikun hemm moniteraġġ aħjar.