Il-Gvern Taljan se jintroduċi kwarantina mandatorja ta’ ħamest ijiem għal persuni li jaslu l-Italja minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. S’issa, dawk li kienu jaslu minn barra l-Unjoni Ewropea kellhom jinżammu f’iżolament.
Fl-istess ħin, fil-Ġermanja ħarġet liġi li tobbliga lit-turisti li jaslu fil-pajjiż jipprovdu riżultat negattiv tal-COVID-19. Il-Ġermanja qiegħda f’lockdown parzjali, iżda n-numru ta’ każijiet attivi qed jibqa’ jiżdied.
Tul il-jum mal-24 mexxej minn madwar id-dinja sejħu għal ftehim globali f’każ ta’ pandemija li tista’ titfaċċa fil-futur.