L-istazzjon televiżiv tal-istat Ċiniż irrapporta li madwar 1,000 turist jinsabu maqbudin f’villaġġ turistiku remot wara li seħħet valanga tas-silġ fir-reġjun ta’ Xinjiang fil-Majjistral tal-pajjiż fejn il-borra ilha nieżla sew u laħqet sa seba’ metri għoli f’ċerti nħawi.
Fl-istess ħin, il-maltemp kien iżżomm milli ssir l-evakwazzjoni tat-turisti minħabba li l-aċċess jinsab imblokkat għat-triq li twassal għall-villaġġ Hemu, destinazzjoni popolari qrib il-fruntiera mal-Kazakhstan, ir-Russja u l-Mongolia.
Minkejja dan, it-turisti bdew jiġu salvati permezz tal-ħelikopters.
Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie rrapportat li l-borra qawwija kkawżat għadd ta’ valangi tul firxa kbira ta’ highways fil-muntanji Altay li jwasslu għaż-żona.