41 turist li kienu f’Sardinja ġew immultati sa €3,000 wara li ppruvaw jitilqu minn din il-gżira Taljana b’total ta’ 100 kilogramma ta’ ramel.
Il-pulizija Taljana sabet grupp ta’ turisti li ppruvaw jitilqu mill-ajruport ta’ din il-gżira b’dan ir-ramel u ġebel ta’ fuq il-bajja.
Il-midja Taljana qalet kif kien hemm min ipprova jbiegħ dan ir-ramel, filwaqt li oħrajn kienu se jżommuh għalihom.
Dawn it-turisti ngħataw din il-multa kull wieħed, wara li fl-2017, il-gżira Taljana daħlet liġi li dawk li jisirqu jingħataw multa ta’ bejn €500 u €3,000.