Grupp ta’ turisti ġew evakwati minn fejn vulkan fl-Iżlanda, wara li ġiet nnutata lava ħierġa minn qasma ta’ madwar 500 metru li feġġet fl-aħħar jiem fil-wiċċ tal-vulkan.
Dan il-vulkan fl-Iżlanda żbroffa fl-20 ta’ Marzu li għadda.
Bosta turisti kienu fl-inħawi.
Id-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Iżlanda ordna sabiex is-sit jiġi evakwat b’mod immedjat bħala prekawzjoni.