Sir Philip Green huwa negozjant Ingliż u sid l-Arcadia Group, kumpanija li tinkludi ditti bħal Topshop, Topman, Wallis, Evans, Burton, Miss Selfridge, Dorothy Perkins, Outfit u fil-passat BHS.
Mart dan il-ġgant finanzjarju ntlemħet hawn Malta, abbord superjott ġdid li jiswa £100 miljun u li jismu Lionheart. Tina tidher f’ritratt tiela fuq il-yacht, li huwa t-tielet wieħed tal-koppja. Huwa għoli erba’ sulari u għandu l-istess tul ta’ grawnd tal-football. Fuqu jistgħu jorqdu 40 persuna. Dam erba’ snin biex inbena għal gosti ta’ Lady Tina Green u fuqu hemm pixxina, helipad, tliet liftijiet, ħanut tas-sbuħija, zona għal BBQ u flotta sħiħa ta’ jet-skis.
Ix-xahar li għadda, Lady Green intlemħet tispezzjona dan l-aħħar akkwist tal-koppja, u jidher li l-Lionheart għadda mit-test tagħha u tal-kelb tagħha.
Dan ir-ritratt ta’ Lady Green f’pajjiżna abbord l-aħħar akkwist jaf jirrabja ftit lill-ħaddiema tal-BHS, li qiegħdin fir-riskju li jitilfu l-impjieg u l-pensjonijiet tagħhom wara l-falliment tal-BHS.
Iżda l-aktar li jidhru kuntenti huma ż-żewġt’iklieb f’idejn iż-żewġ nisa li sejrin fuq il-jott: wieħed mill-iffortunati huwa tal-Greens infushom u l-ieħor ma nafux. Minkejja l-anonimità tiegħu, dan it-turist ċkejken sufi f’pajjiżna ma ħelisiex ħafif minn għajn il-paparazzi.
![Sir Philip Green's wife Tina has been spotted boarding the couple's new £100million superyacht in Malta along with her dog and luggage](http://i.dailymail.co.uk/i/pix/2016/07/11/19/3629BAFE00000578-0-image-a-1_1468262392764.jpg)
![The £100million Lionheart is said to boast a hot tub, swimming pool, helipad, three lifts, a beauty salon, a barbecue and a fleet of jet-skis](http://i.dailymail.co.uk/i/pix/2016/07/11/20/3629BD4200000578-0-image-a-26_1468263714577.jpg)