Grupp ta’ turisti Ewropej spiċċaw abbużati sesswalment waqt li kienu qed isuqu fir-reġjun ta’ Casamance fis-Senegal. Grupp ta’ rġiel armati waqqfu l-vettura abbużaw sesswalment minn tliet turisti li kienu fil-vettura fil-villaġġ ta’ Diouloulou.
Aktar kmieni dan ix-xahar 14-il persuna nqatlu f’Casamance fejn tul dawn l-aħħar snin is-sigurta’ f’din iż-żona żdiedet fejn permezz ta’ hekk aktar turisti bdew jgħażlu li jżuru dan il-post.
It-turiżmu fis-Senegal hu wieħed mill-akbar setturi li jqalla flus lill-pajjiż fejn attakki vjolenti bħal dawn mhux komuni.