Il-pulizija Iżraeljana qalet li mara Ingliża, li għandha madwar 20 sena, inqatlet b’arma bil-ponta fil-kapitali Ġersualemm.
It-turista kienet attakkata waqt li kienet qed tivjaġġa fuq tramm fil-Pjazza Tzahal, li kienet ippakkjata b’nies li kienu qed jiċċelebraw il-Ġimgħa l-Kbira.
Hija ttieħdet l-isptar iżda mietet ftit tal-ħin wara minħabba l-feriti tagħha. Is-servizzi tas-sigurtà identifikaw lil Gamil Tamimi, Palestinjan ta’ 57 sena, bħala l-aggressur.
Huwa kien arrestat fuq il-post. Il-pulizija qalet li Tamimi, residenti f’Ras al-Amud fil-Lvant ta’ Ġerusalemm, ħareġ riċentament minn sptar psikjatriku.