Turist Franċiż qed jiġi mfaħħar wara li kien hu li waqqaf karozza tal-linja li kienet se tibqa nieżla minn fuq l-irdum fuq l-Alpi Awstrijaki. Dan wara li s-sewwieq tal-karozza tal-linja intilef minn sensieh.
Il-vettura kienet qed tivvjaġġa qalb il-muntanji f’Tyrolean Alps b’21 passiġġier abbord meta s-sewwieq ta’ 76 sena ntilef minn sensieh.
Hekk kif il-karozza tal-linja baqgħet tinstaq direzzjoni lejn it-tard tal-irdum, il-Franċiż irnexxielu b’xi mod jieħu l-kontroll u jagħfas il-break tal-vettura fejn kellha impatt mal-ġenb tat-triq. Erbgħa persuni ttieħdu l-isptar.
Il-passiġġier Franċiż ta’ 65 sena kien qiegħed bilqiegħeda qrib tas-sewwieq meta dan ħassu ma jiflaħx. Kien proprju dak il-ħin meta l-passiġġier tar minn fejn kien u rnexxielu jagħfas il-breaks b’bosta perusni jgħidulu li hu eroj u li kieku ma kienx hu probabli kulħadd kien jitlef ħajtu.