Mixja fil-gżejjer Maltin li ser tagħti ċans lis-segwaċi ta’ ONE jaraw perspettivi mill-isbaħ ta’ gżiritna, b’mod partikolari fejn jidħol l-aspett kulinari. TASTING IN MALTA huwa kunċett ġdid kif jitwassal programm tal-ikel fuq it-televiżjoni lokali.
Kulħadd jaf kemm il-Maltin iħobbu jieklu. Il-kameras ta’ TASTING IN MALTA ser iżuru kull tip ta’ post relatat mal-ikel, minn snack-bars, għal kafeteriji, restaurants u aktar. Il-programm mhux biss huwa immirat għas-segwaċi televiżivi iżda wkoll għal dawk li jsegwu l-mezzi soċjali.
Fil-programm ser niltaqgħu ma’ Warren, turist Ingliż li ser ikun qed idur pajjiżna flimkien mal-attur u l-gwida ta’ gżiritna Peter Galea. Il-konnessjoni ta Warren u Peter żgur li ser iżżewwaq dan il-programm li ser ikun qed jixxandar kull nhar ta’ Sibt fil-5:35pm, mill-iskeda l-ġdida ta’ ONE li tibda f’Ottubru li ġej.