Sean James McCarthy ta’ 21 sena ġie ordnat iħallas multa ta’ €1,000 wara li ħoloq problemi f’bosta stabbilimenti f’Paceville, waqt li kien xurban fejn ukoll hedded uffiċjal tal-Pulizija.
L-Ingliż, li kien fuq btala f’pajjiżna, allegatament ġie akkużat b’theddid lill-Pulizija, użu ta’ lingwaġġ oxxeni fil-pubbliku, kiser il-paċi pubblika u naqas milli jikkollabora mal-forzi tal-ordni.
Waqt li kien qed jiġi arrestat, McCarthy allegatament qal li se jġib lil zijuh biex joqtol lil wieħed mill-uffiċjali tal-Pulizija.
L-Ingliż ammetta l-akkużi miġjuba kontrih fil-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Victor Axiak, li mmultah €1,000.