Turist Brittaniku tilef ħajtu wara li spiċċa nfettat bir-rabja waqt li kien waqt btala il-Marokk.
Is-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika tar-Renju Unit spjega kif it-turist waqt li kien fuq btala spiċċa ngidem minn qattus. Ir-rabja mhix marda li wieħed isib f’annimal slavaġġ jew domestiċi fir-Renju Unit, iżda madwar ħames Brittaniċi spiċċaw infettati bejn is-sena 2000 u s-sena 2017.
Skont l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa il-marda tinstab f’aktar minn 150 pajjiż u tikkawża eluf ta’ mwiet kull sena, b’mod partikolari fl-Asja u fl-Afrika.
L-istess Għaqda sostniet li 99% tal-każijiet il-marda tiġi trasmessa minn klieb domestiċi.
Il-Gvern tar-Renju Unit qal li pajjiżi Afrikani bħall-Marokk, l-Alġerija u t-Tuneżija huma fost il-139 nazzjon li hemm riskju għoli.