Turist Franċiż ingħata sentenza ta’ xahrejn ħabs sospiżi għal sena wara li fil-Qorti wieġeb ħati li seraq arma finta kif ukoll diversi souvenirs minn ħanut. Is-serq tal-oġġetti saru t-Tlieta li għadda meta l-ħaddiema tal-ħanut innotaw li l-arma finta li tammonta għal €43 sfat nieqsa.Il-Pulizija għamlu tfittxija fil-basket tar-raġel li kien qiegħed jgħix f’hostel f’San Ġiljan, u rriżulta li ħa l-oġġetti mingħajr ma ħallas għalihom. Fil-jum li fih suppost kellu jħalli pajjiżna, il-Franċiż wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u għalhekk ingħata sentenza ta’ xaharejn ħabs sospiżi għal sena.