Turist Awstraljan inqatel minn kelb il-baħar quddiem nies imwerwra fit-territorju Franċiż New Caledonia, li jinsab bil-Paċifiku.
L-inċident seħħ ilbieraħ, meta r-raġel ta’ 59 sena kien qed jgħum madwar 150 metru mix-xatt f’bajja popolari f’Nouméa. Huwa ngidem diversi drabi mill-kel b il-baħar, tant li sofra ġrieħi kbar f’riġlejh u f’idejh, u miet fuq il-post.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan huwa t-tielet attakk tal-klieb il-baħar qrib il-bajja ta’ Chateau-Royal fi tliet ġimgħat. Żewġ persuni li kienu qed ibaħħru fil-viċin ħadu lir-raġel lura lejn il-bajja, fejn is-servizzi tal-emerġenza ppruvaw isalvawlu ħajtu…sforz li sfortunatament kien għalxejn.
Ritratt: Theo Rouby /AFP/Getty Images/File