Jekk qatt kellek mument kwiet ħdejn xi razzett antik qatt innutajt tliet tarġiet ħerġin minn mal-hajt?
Dawn abbli kienu jsiru apposta biex il-bidwi jitla’ fuqhom u jkun jista’ jpoġġi fuq il-karettun. X’aktarx li eżatt maġenbhom issib il-marbat; bħal ġebla mtqabba li kienu jorbtu l-bhejjem magħhom.
Interessanti l-fatt, li matul il-perjodu tal-Kavallieri u qabel il-wasla tal-Ingliżi, id-direzzjoni tat-traffiku li ntużat f’Malta kienet kuntrarja għal tal-lum, in-naħa tal-lemin.
Dawn it-tip ta’ turġien mhux li għadek tara minnhom; issib uħud li għadhom jeżistu fil-Qrendi, fil-Belt Valletta u anke fl-Għarb, Għawdex.
Ritratt: Daniel Cilia