Wara li lbieraħ ħareġ iktar gideb mill-midja tal-Partit Nazzjonalista u l-blogger Daphne Caruana Galizia, kienu bosta persuni li fuq il-midja soċjali Facebook irreaġixxew bi stampi kkuluriti li jibgħatu messaġġ iżda fl-istess ħin joħolqu tbissima fuq fomm min jarahom… sakemm ma jkunux qed inigżuk fil-laħam il-ħaj għax inqbadt tigdeb.
Dan wara li lbieraħ kienet il-midja tal-PN li ffabrikat gidba u qalet li kien hemm vann li jqatta’ l-karti quddiem l-bini ta’ Pilatus bank. Storja, li kienu biss ftit mumenti wara li Caruana Galizia serqet l-istorja, mingħajr ma ċċekjat u vverifikat il-fatti, u tellgħet artiklu fuq il-blog tagħha. Eventwalment kien One News li ħareġ bl-istorja mal-ewwel u spjega kif dan kollu kien propju gidba u li dan il-vann kien hemm għal uffiċini oħra u li l-bini ta’ Pilatus bank qed jiġi ssorveljat mill-Pulizija.
Dawn huma wħud li sibna fuq il-midja soċjali Facebook.