215-il tunnellata metrika ta’ pilloli sintetiċi ‘tramadol’, li l-valur tagħhom jammonta għal biljun ewro, inqabdu u nqerdu f’ħidma kkordinata minn Malta u l-Istati Uniti.
L-Operazzjoni saret mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, id-Dipartiment tad-Dwana, u l-Pulizija, l-Aġenzija tal-Infurzar tad-Droga tal-Istati Uniti, u l-Ambaxxata Amerikana f’Malta.
Din it-tip ta’ droga tintuża minn gruppi terroristiċi biex jagħmlu l-flus.
Il-Bord tal-monitoraġġ tas-sanzjonijiet fi ħdan il-Ministeru ordna li dawn jiġu kkonfiskati skont kig mitlub minn riżoluzzjonijiet tal-kunsill tas-sigurtà li titlob lill-komunità internazzjonali biex tiġġieled il-finanzjament tat-terroriżmu.
Il-Ministeru temm jgħid li se jibqa’ kommess li jaħdem id f’id mas-sħab internazzjonali tiegħu biex tkun miġġielda l-kriminalità.