Il-Prim Ministru tal-Greċja, Alexis Tsipras, stieden lil Malta u mexxejja Ewropej oħra għall-konferenza f’Settembru li għandha l-għan li tlaqqa’ mexxejja mill-pajjiżi tan-naħa ta’ isfel tal-Ewropa.
Qed ikun irrapportat li din se ssir fl-ewwel jiem ta’ Settembru u li l-għan tal-Prim Ministru tal-Greċja hu li joħloq alleanza kontra l-awsterità. Huma Franza, l-Italja, il-Portugall, Spanja, Ċipru u Malta l-pajjiżi mistiedna skont dak irrapportat, fejn intqal li Tsipras jemmen li dan huwa ż-żmien ideali biex tinħoloq din it-tip ta’ alleanza.
Naturalment, Tsipras ikun qed ifittex appoġġ kontinwu fid-dawl li s-sitwazzjoni fil-Greċja għadha waħda iebsa mhux biss mil-lat finanzjarju iżda anke b’rabta mal-immigrazzjoni fejn qed tikber il-biża’ minn influss ta’ immigranti.