Fil-midja Ingliża, qed jiġi rrapportat li l-Prim Ministru Brittanika, Liz Truss se treġġa’ lura d-deċiżjoni li ħadet dwar it-tnaqqis fir-rata ta’ taxxa għal dawk li jaqilgħu l-aktar.
Din id-deċiżjoni, li kienet parti mill-mini-budget, ġabet magħha kontroversja sħiħa u li fil-fatt, anke dgħajjfet il-Lira Sterlina meta mqabbla mad-Dollaru Amerikna. Iżda, jidher li matul il-jum, il-Prim Ministru Truss se tkun qed tagħti aktar dettalji dwar l-aħħar deċiżjoni.
Kienu bosta Membri Parlamentari tal-partit li tmexxi Truss li ħarġu kontra dak li kien tħabbar fil-mini-budget, illi l-miżuri tiegħu kellhom jiġu vvotati fil-parlament.
Ritratt: Getty