It-Turkija bagħtet numru ta’ truppi fil-Libja bħala sinjal ta’ appoġġ lill-Gvern Libjan li huwa rikonoxxut internazzjonalment. Dan minkejja tħassib li din il-moss kapaċi tiddistabbilizza iżjed lill-pajjiż.
Il-Gvern fi Tripli mmexxi mill-Prim Ministru Fajex al-Sarraj huwa rikonoxxut ukoll mill-Ġnus Magħquda. Bħalissa dan qed jissielet kontra l-alleati ta’ Khalifa Haftar, li fost l-oħrajn għandu l-appoġġ tar-Russja u tal-Emirati Għarab Magħquda.
Ritratt: Reuters