Il-Belt ta’ Lviv tinsab taħt bumbardamenti ta’ attakki Russi hekk kif aktar kmieni dalgħodu bini qrib ajruport f’din il-belt intlaqat minn diversi missili.
Il-belt ta’ Lviv tinsab sebgħin kilometru biss mill-fruntiera Pollakka. Missili laqtu wkoll faċilita’ ta’ manutenzjoni tal-ajruplani. Fortunatament ma ġew irrapurtati l-ebda mwiet.
Is-servizzi tal-emerġenza Ukreni ħarġu aġġornament li fih jgħid kif pumpier miet minn ġrieħi gravi li ġarrab waqt li kien qed jitfi n-nirien minħabba splużjoni fl-istess belt wara attakk Russu.