Truppi mill-Iraq bdew operazzjoni biex jinvadu l-Belt ta’ Fallujah, viċin il-kapitali Baghdad biex jattakkaw b’mod dirett lill-Istat Izlamiku.
Uffiċjal tal-operazzjoni saħaq mal-midja internazzjonali li kien hemm xi splużjonijiet fin-naħa t’isfel tal-Belt hekk kif it-truppi invadewha minn tliet inħawi differenti, fosthom anke mill-ajru.
Mijiet ta’ familji rnexxielhom jaħarbu mill-Belt waqt l-attakki, iżda uffiċjali qed jgħidu li madwar ħamsin elf ċittadin għandhom maqbudin f’Fallujah, u li huma f’riskju li jkunu attakkai mill-ġiħadisti.