L-Istati Uniti se jkomplu jappoġġjaw lill-Afganistan anke wara li kull suldat Amerikan li għad fadal fil-pajjiż jirrotorna l-Amerka.
F’diskors li ta l-Erbgħa, il-President Joe Biden qal li wasal iż-żmien li tintemm l-itwal gwerra tal-Amerka. Sal-20 anniversarju mill-attakki fuq il-Pentagon u l-World Trade Centre fil-11 ta’ Settembru li ġej, it-truppi kollha se jkunu telqu mill-Afganistan.
Uffiċjali mill-Gvern Amerikan u n-NATO qalu li t-Talibani mhux jonoraw l-impenn tagħhom li tonqos il-vjolenza fil-pajjiż, u allura l-Gvern Amerikan ma jistax jibqa’ jipprovdi truppi għall-pajjiż f’dawn il-kundizzjonijiet. Il-President Biden wiegħed li l-Gvern tiegħu xorta se jibqa’ jappoġġja lill-Afganistan b’mezzi oħra.