Rapporti qed jgħidu illi truppi Amerikani se jkunu qed iħallu kompletament mill-Afganistan fi ftit jiem oħra, madanakollu ftit uffiċjali Amerikani qali li madwar 650 truppi se jibqgħu jipproteġu l-ambaxxata Amerikana u l-ajruport ta’ Kabul.
Ir-rapporti waslu hekk kif kmandant tal-armata wissa li l-Afganistan tista’ tispiċċa fi gwerra ċivili meta t-truppi Amerikani jitilqu kompletament.
Il-ġlied fl-Afganistan żdied mindu t-truppi bdew jirtiraw mix-xahar li għadda hekk kif it-Talibani bdew jaħtfu numru ta’ teritorji.