Il-president tal-Istati Uniti, Donald Trump qal li jinsab xettiku li jista’ jintlaħaq ftehim fuq is-sigurtà fil-fruntiera qabel ma jiskadu mill-ġdid il-fondi tal-gvern ix-xahar id-dieħel.
Huwa qal dan meta tkellem mal-Wall Street Journal hekk kif tmien mitt elf ħaddiem federali rritorna lura għax-xogħol wara l-itwal perjodu li fih damu magħluqa l-aġenziji federali.
Il-president Repubblikan qal li għandu d-dubji tiegħu kemm ibaxxi s-somma li lest jaċċetta għall-ħajt mal-fruntiera tal-Messiku.
Il-kungress irid jinegozzja dwar dan sal-ħmistax ta’ Frar biex ikun evitat shutdown ieħor.