Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, spiċċa fi gwerra bil-kliem mal-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel b’rabta mal-impatt tar-Russia u l-infieq fuq id-difiża, dan qabel summit tan-Nato.
Trum qal li l-Ġermanja kienet “ikkontrollata totalment mir-Russja” u dan minħabba l-livell għoli ta’ gass naturali li jiġi importat u li din kienet xi ħaġa ħażina għan-Nato.
Merkel insistiet li l-Ġermanja hu pajjiż indipendenti u ddefendiet il-kontribuzzjoni tal-pajjiż lejn l-alleanza.
Huma mistennija jerġgħu jiltaqgħu fi Brussell l-Erbgħa.