Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump u l-kandidat Demokratiku Joe Biden evitaw numru ta’ mistoqsijiet ewlenin li saru waqt dibattitu televiżiv.
Trump, li hu Repubblikan, m’aċċettax li jxejjen teorija dubjuża marbuta mal-pedofelija filwaqt li Biden li hu Demokratiku ma riedx jiżvela l-pjanijiet li għandu għall-Qorti Suprema.
Iż-żewġ kandidati kienu difensivi waqt li bdew jiddibattu.
Sondaġġi juru li Biden qiegħed fil-vantaġġ.