Il-President Amerikan Joe Biden u l-predeċessur tiegħu Donald Trump se jerġgħu jiffaċċjaw lil xulxin fl-elezzjoni Presidenzjali Amerikana fil-5 ta’ Novembru li ġej.
Dan hekk kif iż-żewġ kandidati ġabu biżżejjed voti mid-delegati tal-partiti rispettivi tagħhom biex ikunu n-nominati tal-Partit Demokratiku u dak Repubblikan.
Dan ifisser li l-elezzjoni Presidenzjali ta’ Novembru se terġa’ tkun l-istess bħal dik tal-2020, repetizzjoni li ilha ma sseħħ għal sebgħin sena meta Dwight Eisenhower u Adlai Stevenson it-Tieni ffaċċjaw lil xulxin f’żewġ elezzjonijiet konsekuttivi.