Uffiċjalment tilifha. Hekk qed ikunu kwotati bosta Membri Parlamentari minn Greenland dwar il-President Amerikan Donald Trump. Huwa jinsab fil-pajjiż fuq żjara uffiċjali, u wera interess li jixtri lill-pajjiż.
Hu mifhum li Trump qal dan waqt diskussjonijiet interni ma’ diversi konsulenti tiegħu, iżda l-aħbar ma niżlet xejn tajjeb mal-Membri Parlamentari tal-pajjiż u anke mal-pubbliku, li saħansitra qalu fuq il-midja soċjali ‘le, grazzi’.
Kummenti oħra ta’ rabja li spikkaw b’rabta ma’ din id-dikjarazzjoni ta’ Trump jinkludu dikjarazzjoni minn diversi membri tal-pubbliku, li qalu li huma u pajjiżhom mhumiex għall-bejgħ.
Ritratt: Skynews