Il-President Donald Trump qal li se jipposponi t-tariffi fuq iċ-Ċina u qed jippjana summit mal-President Ċiniż Xi Jinping f’Mar-a-Lago biex jiffinalizza l-ftehim dwar il-kummerċ.
Fi Tweet Trump qal: “B’riżultat ta’ dawn in-negozjati, se nkun qed nipposponi ż-żieda fit-tariffi li huma skedati għall-ewwel ta’ Marzu. Qed nippjanaw summit għall-President Xi biex nikkonkludu l-ftehim. Tmiem il-ġimgħa tajjeb għall-Amerka u ċ-Ċina!”
Il-President Trump tkellem ukoll dwar il-progress sostanzjali fid-diskussjonijiet dwar il-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi.