Il-President elett tal-Istati Uniti, Donal Trump, qal li se jkun qed jiddeporta bejn żewġ u tliet miljun immigrant li m’għandhomx id-dokumenti meħtieġa.
Fl-ewwel intervista tiegħu fuq it-televiżjoni wara li rebaħ l-elezzjoni Presidenzjali, Trump qal li se jkun qed jintroduċi politika stretta fejn tidħol l-imigrazzjoni, huwa għamel referenza ukoll għall-ħajt li se jibni bejn l-Amerka u l-Messiku sabiex iwaqqaf l-immigranti milli jidħlu fl-Istati Uniti.
“Li se nagħmlu huwa li dawk in-nies li huma kriminali, fosthom traffikanti tad-droga, u fl-Istati Uniti għandna ħafna minn dawn it-tip ta’ nies, bejn żewġ jew tliet miljuni, se nkunu qed noħorġuhom ‘il barra minn pajjiżna jew inkellha jidħlu l-ħabs” qal Trump.