Donald Trump ħabbar li se jerġa’ jikkontesta għall-presidenza tal-Istati Uniti fl-2024, minkejja li qed jiffaċċja diversi investigazzjonijiet kriminali, u minkejja l-prestazzjoni fqira tal-kandidati li appoġġja fl-elezzjonijiet ta’ nofs it-terminu tal-ġimgħa li għaddiet.
Trump nieda l-kampanja tiegħu, it-tielet waħda għall-presidenza, ilbieraħ filgħaxija fil-proprjetà tiegħu ta’ Mar-a-Lago fi Florida, ġimgħa wara l-elezzjonijiet ta’ nofs il-mandat, li fihom ir-Repubblikani naqsu milli jirbħu siġġijiet fil-Kungress daqs kemm kienu ttamaw.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI