Il-President Amerikan Donald Trump mistenni jagħlaq il-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Messiku. Dan jekk il-Messiku ma jsaħħaħx ħidmietu biex iwaqqaf l-immigranti milli jidħlu fl-Istati Uniti.
L-għeluq tal-fruntiera xxekkel u ttellef il-movimenti bejn il-pajjiżi, u tirriżulta f’telf ta’ biljuni ta’ dollari f’kummerċ.
It-theddida ta’ Trump issegwi mewġa ta’ immigranti li telqu mill-Messiku biex ifittxu l-ażil fl-Istati Uniti.