Fl-aħħar żviluppi jidher li l-President tal-Istati Uniti Donald Trump qed jikkunsidra li jimponi kwarantina mandatorja fi New York bil-għan li jnaqqas it-tixrid tal-Coronavirus.
Hu tkellem waqt li kien qed jikkonferma l-ammont ta’ każijiet fl-istat fejn kien hemm żieda ta’ aktar minn 52,000 każ u mietu minn tal-anqas 728 persuna.