Il-President Amerikan Donald Trump qal li jinsab f’riskju ta’ ksur ta’ ġurament jekk jagħti informazzjoni lill-investigazzjoni tal-allegat indħil russu fl-elezzjoni presidenzjali Amerikana fl-2016.
Mal-midja Amerikana, Trump qal li jekk jgħaddi din l-informazzjoni jibża’ li din tista’ tintuża kontrih. Fl-istess ħin issuġġerixxa li għandu jieħu din l-investigazzjoni f’idejh minflok l-avukat Robert Mueller, iżda eventwalment iddeċieda li ma jindaħalx.
Intant, ir-Russja għadha sa issa tinnega li kellha x’taqsam mar-rebħa ta’ Trumo f’Novembru 2016.