L-ambaxxatur tal-Istati Uniti għal Brittanja qal li qed jistenna li Donald Trump iżur ir-Renju Unit fis-sena l-ġdida.
Dan minkejja t-tilwima riċenti tiegħu fuq Twitter ma’ Theresa May.
Woody Johnson qal li n-nuqqas ta’ qbil probabilment kien misinterpretat.May, min-naħa tagħha, qalet li Trump għamel ħażin li xerred filmati li wasslu għal reazzjoni onlajn mill-President tal-Istati Uniti.
Min-naħa tiegħu, Johnson qal li r-relazzjoni ta’ Trump mar-Renju Unit kienet għadha tajba ħafna.
Żied ukoll li Trump għadu ma ħabbarx data għaż-żjara.