Il-President Amerikan Donald Trump mistenni jirritorna għall-impenji pubbliċi li għandu f’dan tmiem il-ġimgħa hekk kif it-tabib tiegħu qal li Trump temm il-kors ta’ trattament għall-COVID-19 b’suċċess, filwaqt li jinsab f’qagħda ta’ saħħa stabbli.
Matul il-jum tal-Ġimgħa se jkun qed jagħmel test ieħor, hekk kif sostna li qed jittama li fi tmiem din il-ġimgħa jorganizza rally. Madanakollu, il-President Amerikan u l-Kandidat Rebbulikan għall-elezzjoni presidenzjali qal li hu mhux se jkun qed jieħu sehem f’dibattitu virtwali li kellu jsir nhar il-Ħamis li ġej ma’ Joe Biden. Fi kliemu qal li dan huwa ħela ta’ ħin.
L-atteġjament ta’ Tump qajjem rabja hekk kif hemm min qed jistaqsi kif u meta se jsiru dibattiti hekk kif issa fadal inqas minn xahar għall-elezzjoni presidenzjali fl-Istati Uniti.