Il-President Amierkan Donald Trump qal illi ma jistax jifhem għala telefonati dwar l-użu tad-diżinfettanti fl-Amerika żdiedu wara li l-ġimgħa l-oħra ssuġġerixxa t-teħid tad-diżinfettant bħala kura għall-coronavirus. Id-diżinfettanti huma sustanzi perikolużi u jistgħu jkunu vanelużi jekk jinbelgħu.
Il-Gvernaturi ta’ Michigan u Maryland akkużaw lill-President għaż-żidied ta’ telefonati. Intant, wara l-kritika qawwija mingħand diversi profesjonisti fil-mediċina, Trump qal illi r-rimarki għamilhom b’ton sarkastiku.
Meta ġie mistoqsi mill-midja dwar jekk hux se jieħu responsabilità ta’ għemilu, Trump wieġeb li ma għandux għalfejn jagħmel dan.