Il-President Amerikan Donald Trump qal li jinsab preparat li jmexxi azzjoni militari kontra t-Turkija jekk hemm bżonn. Dan wara li forzi militari f’Ankara mexxew offiża kontra l-alleati tal-Istati Uniti fis-Sirja.
Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Mike Pompeo, qal li l-Gvern Amerikan jippreferi l-paċi mill-gwerra, iżda jekk ikun hemm bżonn ta’ azzjoni militari, il-Gvern huwa preparat jagħmel dan.
Dan kollu jsegwi jiem ta’ waqfien mill-ġlied fit-Tramuntana tas-Sirja, li mistenni jintemm tard it-Tlieta.
Ritratti: BBC News