Donald Trump akkuża lill-FBI li ħadu deċiżjoni ħażina u suspettuża hekk kif minn l-investigazzjonijiet tagħhom ikkonkludew li ma sabu ebda evidenza kriminali fl-emails ta’ Hillary Clinton.
Id-Direttur tal-FBI spjega li inkjesta ġdida dwar l-emails tal-kandidat Demokratiku, ma sabet ebda evidenza li tbiddel il-konklużjoni li saret is-Sajf li għadda.
Il-kampanja ta’ Clinton fissret is-sodisfazzjoni li din il-kwistjoni ġiet solvuta wara ħafna xnigħat.
Stħarriġ tal-opinjoni pubblika ppublikat il-Ħadd, qabel ma ħarġet id-deċiżjoni tal-FBI, ta lil Clinton bejn erba u ħames punti vantaġġ fuq Trump.