Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, kien keċċa lill-grupp mużikali One Direction minn waħda mil-lukandi tiegħu wara li rrifjutaw li jiltaqgħu mat-tifla tiegħu.
Wieħed mill-eks membri tal-grupp, Liam Payne, żvela dan f’intervista ma’ Rollacoaster.
Payne stqarr li Trump ċemplilhom fil-kamra li kienu jistaqsi jekk jistgħux jiltaqgħu ma’ waħda mit-tifla tiegħu Ivanka jew Tiffany – għad m’hemmx konferma ma liema waħda – u l-maniġer tagħhom irrifjuta li jqajjimhom f’nofs ta’ lejl.
Hu qal “Trump litteralment keċċiena barra mil-lukanda. Lanqas biss titwemmen. Dan minħabba li ma ltqajniex mat-tifla tiegħu. Ċempel lill-maniġer tagħna waqt li konna reqdin.”
One Direction kienu infirdu, dan sabiex ikomplu fuq karriera bħala solista, iżda kienu wegħdu lis-segwaċi tagħhom li għad jasal il-jum meta jerġgħu jingħaqdu.