Il-President Amerikan Donald Trump iffirma ordni eżekuttiva kontra l-apps TikTok u WeChat. Dawn l-apps huma l-ikbar tnejn fiċ-Ċina.
Taħt dawn l-ordnijiet, l-kumpaniji Amerikani jridu jwaqqfu kull tip ta’ negozju ma’ dawn iż-żewġ kumpaniji msemmija fi żmien 45 jum.
Dan tħabbar fid-dawl li l-kumpanija Microsoft qed tħejji biex tixtri TikTok qabel il-15 ta’ Settembru. Liema data ġiet stipulata minn Trump innifsu.
Intant il-kumpanija TikTok tenniet li ser tieħu passi legali fil-konfront ta’ din l-azzjoni.