Hekk kif id-dinja għadha qed tikkumbatti kontra t-tixrid tal-Coronavirus, Donald Trump stqarr li ta ordnijiet sabiex l-Istati United ma tibqax tagħti finanzjamenti lill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO). Dan għaliex skontu l-WHO qed tonqos mill-tieħu azzjonijiet rigward it-tifqigħa tal-Coronavirus.
L-Amerka kienet tagħti l-akbar kontribut lill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Dan hekk kif matul l-2019 tat madwar l-400,000 miljun dollaru.
Trump qed jixli lill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa fuq il-mod tittratta l-kwistjoni tal-imxija tal-Coronavirus. Huwa sostna li hija qed tgħatti t-tifqigħa tal-Coronavirus fiċ-Ċina u ta’ dan għandha tinżamm responsabbli.
Din mhijiex l-ewwel darba li l-President Amerikan qiegħedc jakkuża lill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa li qed tieħu miżuri favur iċ-Ċina u minħabba f’hekk qed tikkawża aktar ħsara lill-pajjiżi madwar id-dinja.
Min-naħa tiegħu s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda Antonio Guterres sostna li dan mhuwiex il-perjodu li fih wieħed għandu jaqta’ l-finanzjament lejn l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.