L-eks President Amerikan Donald Trump wieġeb li mhux ħati ta’ 34 att ta’ akkuża b’rabta ma’ falsifikazzjoni tar-rekords tan-negozju. Huwa għamel id-dikjarazzjoni tiegħu meta tressaq għal ħin qasir quddiem Qorti f’Manhattan.
L-akkużi li għandu quddiemu huma relatati ma’ somom kbar ta’ flus li allegatament tħallsu lill-attriċi ponografika Stormy Daniels u l-eks mudella tal-Playboy Karen McDougal waqt il-kampanja elettorali ta’ Trump fl-2016. It-tnejn li huma jgħidu li kellhom relazzjoni sesswali miegħu snin qabel daħal fil-politika. Trump qed jiċħad kemm li kellu x’jaqsam magħhom sesswalment kif ukoll li ħallashom xi flus biex jagħqu ħalqhom.
Trump ma wera l-ebda emozzjonijiet hekk kif daħal fl-awla fis-2.30pm ħin lokali. Fi triqtu lejn il-Qorti, huwa kiteb fuq il-pjattaforma soċjali tiegħu Truth Social biex iddeskriva bħala surreali din l-esperjenza bħala l-ewwel eks President Amerikan fl-istorja li qatt kellu jidher quddiem ġudikant biex jgħaddi minn proċess kriminali.
Huwa ppjanat li Trump issa jmur lura fid-dar tiegħu f’Palm Beach, Florida, aktar tard.
Jekk eventwalment jinstab ħati u jiġi kkundannat, dan ma jżommux milli joħroġ għall-elezzjoni Presidenzjali tas-sena d-dieħla.
Ritratt: BBC