Il-President Amerikan Donald Trump talab sabiex tiġi posposta l-elezzjoni presidenzjali Amerikana ta’ Novembru li ġej.
Trump qal li l-metodu ta’ votazzjoni permezz tal-posta lill-votanti reġistrati ser twassal għal tbagħbis, b’riżultati li ma jirriflettix ir-rieda tal-poplu.
Huwa żied jgħid li qed jissuġġerixxi li l-elezzjoni tiġi posposta biex il-poplu jkun jista’ jivvota b’mod sigur anke fid-dawl tal-imxija.