Il-President Amerikan Donald Trump talab lill-Kungress is-somma ta’ $7.8 biljun dollaru Amerikan bħala għajnuna għall-isforzi ta’ salvataġġ li qed isiru minħabba l-uragan Harvey – li qed iħalli diżastri kbar fl-istat ta’ Texas u oħrajn ġirien tiegħu.
Uffiċjali qalu li fil-futur qrib se jkun hemm iżjed talbiet ta’ dan it-tip, meta jkun kkjarifikat eżatt kemm jiswa’ l-impatt tal-uragan.
Il-President Amerikan mistenni jżur l-istat ta’ Texas aktar tard matul il-jum, fejn numru ta’ residenti reġgħu rritornaw lura lejn djarhom, iżda oħrajn huma ristretti li jagħmlu dan hekk kif l-għargħar għadu qed jiddomina partijiet kbar tal-istat.
Minn meta l-uragan ħakem lil Texas il-ġimgħa li għaddiet, sebgħa u erbgħin persuna tilfu ħajjithom, u madwar tlieta u erbgħin elf kienu mġiegħla jħallu djarhom.